Ħadd il-Għid tal-Qawmien tal-Mulej mill-Imwiet
Dominica Paschae in Resurrectione Domini
L-Għid jew l-Għid il-Kbir jew Ħadd l-Irxoxt (bl-Ingliż: Easter, bl-Aramajk, bil-Grieg u bil-Latin: Pascha, huwa festa u btala kulturali Kristjana li tfakkar lil Kristu jirxoxta mill-mewt, deskritt fit-Testment il-Ġdid bħala avveniment li seħħ fit-tielet jum wara li ndifen, wara li kien issallab mir-Rumani fil-Kalvarju għall-ħabta tat-30 W.K. Huwa l-qofol tal-Passjoni ta' Ġesù Kristu u qablu jiġi r-Randan, li huwa perjodu ta' sawm, talb u penitenza.
Il-Kristjani li jiċċelebraw l-Għid spiss jirreferu għall-ġimgħa ta' qabel l-Għid bħala l-Ġimgħa Mqaddsa, li fil-Kristjaneżmu tal-Punent tibda b'Ħadd il-Palm (li tfakkar id-daħla ta' Ġesù f'Ġerusalemm) u tinkludi Ħamis ix-Xirka (meta jitfakkar il-Ħasil tas-Saqajn u l-Aħħar Ċena), il-Ġimgħa l-Kbira (meta jitfakkru t-tislib u l-mewt ta' Ġesù) u Sibt il-Ġħid (meta jitfakkar il-mewt ta' Ġesù fuq is-salib). Fil-Kristjaneżmu tal-Lvant, l-istess jiem u avvenimenti jitfakkru bl-aġġettiv "(I)mqaddes/(I)mqaddsa" jew "il-Kbir(a)" wara isem il-jiem; u l-Għid innifsu jista' jissejjaħ ukoll "Pascha Mqaddsa/il-Kbira", "Ħadd il-Għid" jew "Pascha". Fil-Kristjaneżmu tal-Punent, l-Istaġun jew iż-Żmien tal-Għid, jibda f'Ħadd l-Irxoxt u jdum seba' ġimgħat, u jintemm fil-ħamsin jum, fil-Pentekoste jew l-Għid il-Ħamsin. Fil-Kristjaneżmu tal-Lvant, l-Istaġun tal-Pascha jintemm fil-Pentekoste wkoll, iżda l-Festa l-Kbira tal-Pascha tiġi ċċelebrata fid-39 jum, il-jum ta' qabel il-Festa tat-Tlugħ is-Sema.
L-Għid u l-vaganzi relatati miegħu huma festi li ma jinzertawx dejjem fl-istess data fissa; id-data tal-Għid tiġi komputata abbażi tal-kalendarju lunisolari (is-sena solari u żżid magħha l-fażi tal-Qamar), simili għall-kalendarju Lhudi. L-Ewwel Kunsill ta' Niċea (325) stabbilixxa żewġ regoli biss, jiġifieri l-indipendenza mill-kalendarju Lhudi u l-uniformità dinjija. Ma ġie spjegat l-ebda detall għall-komputazzjonijiet; dawn kienu jinħadmu fil-prattika, proċess li ħa s-sekli u ġġenera għadd ta' kontroversji. Il-komputazzjoni li qabdet l-iktar irriżultat fl-ewwel Ħadd wara l-qamar kwinta ekkleżjastiku li jseħħ l-ewwel wara l-21 ta' Marzu. Anke jekk dan jiġi kkalkulat abbażi tal-kalendarju Gregorjan iktar preċiż, id-data ta' dak il-qamar kwinta xi kultant ivarja minn dak tal-ewwel qamar kwinta astronomiku wara l-ekwinozju ta' Marzu.
Li jmiss
Qari fil-Quddiesa
Kull sena
- L-Ewwel Qari
- Acts 10:34a, 37-43
- Salm Responsorjali
- Ps 118:1-2, 16-17, 22-23
- It-Tieni Qari
- Col 3:1-4 jew 1 Cor 5:6b-8
- Sekwenza
- Mhux disponibbli hawnhekk
- Akklamazzjoni tal-Evanġelju
- Cf. 1 Cor 5:7
- Evanġelju
- Jn 20:1-9 jew Mt 28:1-10
- Or at afternoon or evening mass
- Lk 24:13-35
Kristu jqajjem lil Adam u Eva mill-oqbra tagħhom fuq il-bibien imkissra tal-Ades, seklu 14